Ilejla, fid-8:45pm, l-Italja se tkun qed tilgħab l-ewwel minn żewġ partiti ta’ ħbiberija qabel il-bidu tal-Euro 2020. L-Azzurri, taħt it-tmexxija ta’ Roberto Mancini, se jkunu qed jaffrontaw lil San Marino f’Cagliari. Kif spjega l-istess Mancini, fil-konferenza stampa ta’ qabel din il-logħba, din għandha tkun partita “utli, speċjalment biex inkun nista’ nagħmel valutazzjoni tal-kundizzjoni fiżika ta’ ċertu plejers.”
Ovvero Verratti (“Che però migliora più velocemente del previsto”), Lorenzo Pellegrini (“Anche lui è migliorato molto”), Sensi e Raspadori, “che valuteremo tra oggi e domani mattina.
Min se jkunu l-ewwel ħdax tal-Italja għall-partita tal-lejla? U x’se tkun is-sistema tattika ta’ Mancini?
Mancini ħabbar l-ewwel ħdax għal kontra San Marino fl-istess konferenza stampa. Niieqsa mill-formazzjoni inizjali tal-Italja hemm diversi plejers regolari. Kontra avversarju li jinsab fil-210 post fir-rankings tal-FIFA, l-Italja se tkun qed tibda b’sistema tattika offensiva ta’ 4-3-3, bl-ewwel ħdax se jkunu dawn:
L-Italja se tkun qed tilgħab
Cragno; Toloi, Mancini, Ferrari, Biraghi; Pessina, Cristante, Castrovilli; Bernardeschi, Kean u Grifo.
Meta lagħbu l-aħħar kontra xulxin l-Italja u San Marino?
Dawn iż-żewġ pajjiżi se jkunu qed jerġgħu jiltaqgħu kontra xulxin wara erba’ snin. Fl-aħħar partita li ntlagħbet f’Mejju tal-2017, l-Italja, dak in-nhar taħt il-gwida teknika ta’ Gianpiero Ventura, kienu għelbu lit-tim pajjiż ġirien bl-iskor kbir ta’ 8-0.
Referee Malti se jikkontrolla lill-Italja llejla
Ir-referee għal din il-logħba se jkun il-Malti, Trustin Farrugia Cann. Hu se jkun assistit minn Luke Portelli u Edward Spiteri.
//= $special ?>