Mil-lejla fil-pixxina nazzjonali tal-Qroqq jibdew jintlagħbu l-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej ta’ taħt il-15-il sena tal-waterpolo bit-tim Malti se jilgħab kontra l-Islovenja u Franza.
Il-coach tat-tim nazzjonali Anthony Farrugia wera s-sodisfazzjoni tiegħu għall-mod ta’ kif prepara t-tim, bil-players Maltin ikunu mfaħħra għad-dedikazzjoni tagħhom, bl-iskwadra titħarreġ b’mod regolari bi tħejjija għal dawn il-partiti.
Malta trid tirbaħ partita waħda biex tikkwalifika għall-fażi finali li se jsiru f’Lulju li ġej f’Loule fil-Portugall, bin-numru ta’ gowls ukoll huwa fattur importanti hekk kif id-differenza ta’ gowls tkun meqjusa fir-riżultati wara li jintlagħbu l-logħbiet. Il-kompetizzjonijiet se jsiru wara bibien magħluqa iżda se jkunu qedin jiġu streamjati live fuq il-YouTube Channel tal-ASA.
Partiti ta’ kwalifikazzjoni: Illum: Malta v Slovenja 6.30pm, Għada: Slovenja v Franza 6.30pm, Il-Ħadd: Malta v Franza 10.30am
//= $special ?>