Xhur wara l-ewwel każijiet irreġistrati fiċ-Ċina, eżattament f’Wuhan, il-pandemija tal-Covid-19 tibqa’ tiddomina l-aħbarijiet internazzjonali hekk kif kull pajjiż qed juża l-istrateġija tiegħu għall-immaniġġjar.
Fir-Renju Unit hekk kif qed toqrob dejjem aktar id-data tal-21 ta’ Ġunju meta huwa ppjanat li jitneħħew l-aħħar restrizzjonijiet fil-pajjiż, l-awtoritajiet tas-saħħa qed jibqgħu kawti ferm , b’uħud jgħidu li l-pajjiż jinsab ibbilanċjat fuq xafra ta’ sikkina. Dan hekk kif qed ikomplu jiżdiedu l-każjijet tal-varjant Indjan fil-pajjiż.
Kelliema oħrajn qed jibqgħu jittamaw li sad-data skedata għall-ftuħ, is-sitwazzjoni tkun kompliet titjieb biżżejjed biex ikunu rrilassati l-aħħar miżuri.
Intant wara l-Ġermanja u l-Awstrija, issa anke Franza qed tgħalaq it-turiżmu tagħha għas-suq Ingliż. Dan minkejja li sa ftit tal-ġimgħat ilu, l-awtoritajiet Franċiżi kienu ddeċidew li persuni ġejjin mir-Renju Unit li jkunu mlaqqma jew li jippreżentaw test negattiv setgħu jivvjaġġaw lejn Franza mid-9 ta’ Ġunju.
Minn naħa l-oħra l-Italja li ta’ kuljum qed tara l-każjijet tagħha jonqsu, issa qed tħares lejn il-ftuħ tad-diskoteki li mistennija jintużaw ukoll bħala opportunità għat-tilqim taż-żgħażagħ li jattendu.
//= $special ?>