Lokali

Isofri ġrieħi serji wara inċident bi grinder

Raġel qed isofri ġrieħi serji wara inċident bi grinder.

L-incident seħħ ilbieraħ filgħaxija għall-ħabta tad-9.15pm meta l-Pulizija ġiet infurmata mill-isptar Mater Dei li kien għadu kemm iddaħħal raġel li sofra xi ġrieħi f’inċideitn fil-Mellieħa.

Mill-ewwel investigazzjoni rriżulta li r-raġel ta’ 65 sena, residenti l-Marsa, sofra xi ġrieħi waqtli beda jagħmel xi xogħol f’boathouse fi Triq l-Armier iż-Żgħir.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna fil-post, u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.