Wara l-kontroversja li nqalgħet dwar bintu Adreana Zammit ftit tal-ġimgħat ilu….meta kien żvelat li ngħatat kuntratt ta’ għexieren ta’ eluf għal konsulenzi qabel biss kienet gradwat… issa Jesmond Zammit reġa’ sab ruħu fl-aħbarijiet.
The Shift News żvelaw li l-id il-leminija tal-Ministru Ian Borg kien qed jonsob illegalment u saħanistra ppubblikaw immaġni tal-istess Zammit li nqabad fil-fatt.
Madankollu, bħal ma jagħmlu dejjem il-Ministri Laburisti kull darba li xi ħadd qrib tagħhom jinqabad jikser il-liġi…. iffaċċjat b’mistoqsjijet dwar x’azzjoni se jieħu issa, Ian Borg wiegeb b’dan il-mod.
U mistoqsi allura issa x’azzjoni se jkun qed jieħu fil-konfront ta’ Jesmond Zammit…il-Ministru wieġeb bil-mod tipiku tiegħu.
Din mhix l-ewwel darba li Zammit sab ruħu fl-aħbarijiet. Ħafna jiftakru kif l-eks kowċ tal-football kien daħal f’kontroversja meta l-eks attakkant Daniel Bogdanovic kien inħeles mill-arrest fil-ħin biex jilgħab loghba futbol… bl-allegazzjonijiet fil-media jkunu li kien Zammit li mmanuvra biex il-plejer jinħeles malajr.
Minbarra dan, ftit tal-ġimgħat ilu… Zammit reġa’ spiċċa fil-gazzetti wara li bintu ngħatat kuntratt massiċċ qabel biss inghatat il-warrant… biex kif feġġet informazzjoni dwar dan fil-media… it-tfajla rriżenjat mill-kariga. Izda jidher li minkejja dan kollu, il-Ministru komdu jkollu miegħu persuni bħal Jesmond Zammit.