Il-coach Taljan Massimiliano Allegri nħatar uffiċjalment bħala coach ta’ Juventus wara li Andrea Pirlo tneħħa mill-inkarigu tiegħu aktar kmieni illum.
Għal Allegri din se tkun it-tieni esperjenza mal-istess Juventus wara li mexxa lit-tim minn Turin bejn l-2014 u l-2019, fejn magħhom rebaħ ħames darbiet is-Serie A, erba’ darbiet il-Coppa Italia u darbtejn is-Super Cup. Hu wassal ukoll lil Juventus, darbtejn sal-finali tal-UEFA Champions League.
Fl-Italja Allegri mexxa wkoll lil Milan bejn l-2010 u l-2014 fejn magħhom rebaħ is-Serie A u s-SuperCoppa Italiana.
//= $special ?>