Jiżdied it-tħassib għal Gareth Southgate, kowċ tal-Ingilterra, hekk kif teżisti inċertezza dwar il-kundizzjoni fiżika ta’ żewġ plejers li huma meqjusa fost l-aktar importanti f’din l-iskwadra nazzjonali. It-tnejn huma plejers ta’ Manchester United, id-difensur Harry Maguire u l-attakkant Marcus Rashford.
Maguire qed jittama li jkun disponibbli sabiex jilgħab fl-ewwel partita tal-Ingilterra fil-Euro 2020, kontra l-Kroazja. Hu qed ibgħati minn injury fl-għaksa, li taf tikkondizzjonalu l-ammont ta’ ħin li jista’ jilgħab f’din l-edizzjoni tal-Euro. Għaldaqstant dawn il-ġimgħatejn li ġejjin għandhom ikunu importanti ħafna biex Maguire ikompli jirkupra tajjeb u fil-ħin.
B’Southgate għadu jrid iħabbar is-selezzjoni finali tas-26 plejer li se jiffurmaw parti mill-iskwadra Ingliża għal dan it-turnament Ewropew, attwalment fost id-difensuri li qed jitħarġu mal-bqija tat-tim hemm Ben Godfrey u Ben White. Dawn it-tnejn jistgħu jkunu kkonsidrati fl-eventwalitá li ma jkunx hemm progress fil-kundizzjoni fiżika ta’ Maguire.
Fil-każ ta’ Rashford, dan mistenni jkun magħżul xorta waħda fl-iskwadra finali, iżda t-tobba tat-tim se jkunu qed iżommu għajnejhom fuqu kontinwment peress li qed isofri minn injury f’siequ u saħansitra anke fi spaltu. Rapporti fil-media Brittanika qed jgħidu li aktar tard matul dan is-sajf, sintendi wara l-Euro 2020, Rashford jaf ikollu bżonn intervent mediku fi splatu. Għaldaqstant, fil-każ ta’ Rashford, Southgate mistenni jagħżel li jieħu r-riskju u jinkludiħ fil-pjanijiet tiegħu għal din il-Euro.
//= $special ?>