Aleksandar Stojanovic qal lil sieħbu Andre Galea li kien mar Għawdex u qallu li kien qatel raġel Eġizzjan permezz ta’ pistola u li persuna kienet ipprovditlu pistola, munizzjoni u 5,000 ewro biex jeżegwixxi dan il-qtil. Għal dan ix-xogħol l-akkużat sab karozza BMW lesta, li ma kinitx tiegħu, u li din suppost kellha titqatta’ biċċa biċċa biex tinħeba l-evidenza.
Fil-Qorti f’seduta li ħadet sitt sigħat semmew tliet car dealers u kuntrattur li jista’ jkun huma nvoluti fl-omiċidju, persuni li iżda ma jistgħux jissemmew fur ordni tal-Qorti minħabba li l-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjoni fuq dan il-qtil. Ħareġ ukoll fil-Qorti li kemm l-akkużat u l-vittma kienu jabbużaw mid-droga.
Stojanovic kien ferm inkwetat peress li minflok il-BMW ġiet distrutta baqgħet tiġri fit-triq u kienet ġiet intraċċta mill-Pulizija. Din kienet tħalliet Għawdex speċifikament biex iseħħ id-delitt. Stojanovic kien beża’ ħafna għax ħaseb li l-karozza kienet ġiet rintraċċata mis-CCTV’s. Il-BMW ma kinitx tiegħu, imma ta’ car dealer magħruf, imma kien niżżilha Malta Stojanovic. L-akkużat kien qed jinkwieta fuq CCTV cameras, l-aktar li għal dawk li hemm fejn isorġi il-vapur ta’ Għawdex.
Dan ħareġ mix-xhieda tal-istess Galea waqt il-provi fil-kumpilazzjoni kontra Aleksandar Stojanovic tia’ 43 sena li qed wieġeb mhux ħati għall-qtil tal-Eġizzjan Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed, li bdew jinstemgħu quddiem il-Maġistrat Donatella Frendo Dimech fil-Qorti ta’ Għawdex wara li kien tressaq nhar l-Erbgħa, 19 ta’ Mejju li għadda u baqa’ jinżamm arrestat.
Galea qal li kien iħobb lill-akkużat daqs li kieku kien ħuh. Kien joħorġu u jmoru jgħumu flimkien. Tenna li kienu joqgħodu flimkien l-Imsida, u sar jafu permezz ta’ ħabib tiegħu minn Ħal Qormi. Kien dan il-ħabib tiegħu li ntroduċih miegħu.. Huwa kellu argument ma’ dan il-ħabib li qabel kien jgħix miegħu. Tenna li anke hu kellu problema tad-droga.
Minkejja li hu kien ħabib kbir tiegħu kien spiċa biex qallu biex jitlaq għax ħass li kien ittadih. Kellu wkoll problemi ta’ flus minħabba li kien dipendenti ħafna fuq id-droga. Kellu wkoll diversi ġrieħi f’saqajh minħabba d-droga u ma setax isib xogħol.
Tenna li dejjem kien jgħinu u dan f’ħafna affarijiet. Kienu anke jitkellmu fuq it-tfajla li kellhom li kienet telqithom. Kien lejn l-aħħar tal-2017 jew kmieni fl-2018, li kien telaq għal erba’ ijiem u qallu li meta mar lura qallu li kellu problemi kbar.
Kien iltaqa’ miegħu l-Kalkara ftit jiem wara l-omiċidju u qallu li kellu xi jgħid ma’ xi ħadd, u ma qallux min kien, meta staqsih dwar il-problema, fl-aħħar żvela miegħu li kien qatel raġel Għarbi u għamillu mossa b’idejh bħal meta wieħed ikollu pisola. Ma staqsihx għaliex u x’fatta kien qaltu għax ma kienx affari tiegħu. Kien urih ukoll ritratt fuq il-mobajl ta’ storja minn fuq l-internet u anke urih ritratt ta’ ġurnal dwar il-qtil, u li dan kien l-ewwel omiċidju tas-sena.
Waqt li sarlu l-kontro-eżami mill-Avukat tal-akkużat Franco Debono, huwa qal li l-akkużat kien seraqlu elfejn ewro u li kemm il-darba qallu biex jagħtihomlu, u sa kien heddu li jekk ma jagħtihomlux, kien se jmur għand il-Pulizija u jgħidlhom li kien qatel persuna.
Mistoqsi għaliex huwa aċċetta li Stojanovic meta kien jaf li qatel persuna, huwa qal li ma kienx involut fil-qtil u li kien tħassru għax kien ‘homeless’. U mistoqsi għaliex imbagħad fuq elfejn ewro iġġieled miegħu, heddu u tefgħu l-barra, huwa qal li kollox kien għaqad u ma felaħx aktar b’dak li kien qed jiġri u li qatt ma’ għamel kuntatt miegħu wara.
Għal aktar domandi Galea qal li minkejja li tefgħu l-barra mid-dar baqa’ f’kuntatt miegħu u baqa’ jqisu bħala ħabib u ġieli ħadu wkoll għal methadone, imma qatt ma riedu lura d-dar tiegħu u speċjalment wara li ommu tagħtu post Ta’ Giorni fej joqgħod. Ix-xhud qal li hu jaħseb li qallu b’kollox fuq il-qtil biex jitħassru.
Xehed ukoll Christopher Galea il-persuna li sab il-kadavru tal-vittma li qal li jiftakar li kien il-15 ta’ Jannar tal-2018. Għall-ħabta tas-7.30am. wasal fir-razzett tiegħu u raha jekk kienux inqabdu xi ġrieden kif kien jagħmel kull filgħodu. Ir-razeet tiegħu jinsab fil-konfini tal-Għarb, fejn l-Għasri – jgħidulu San Dimitri.
Sab ġurdien maqbud u mar biex jitfgħu fl-ilma biex imur u kif dar fuq il-lemin u hemm sqaq li jwassal għar-razzett u raha raġel mixħut. Wara niżel l-għalqa li tħares fejn kien qiegħed għax ma riedx jemmen li kien bniedem, imma hekk kien u raha lil ħuh jagħlef il-merħla u ndunajna li kellu żarbuna maqlugħa. Kien wiċċu ‘l fuq mixħut għal lura.
Raha ġerħa f’għonqu u nduna li kien barrani minħabba li l-ġilda tiegħu kienet skura. Huwa kesaħ dak il-ħin. Qal li ma kienx jaf lil dan ir-raġel u li wara ċempel lill-Pulizija.
Is-sieħba tal-vittma tgħid li l-kokaina kissret ir-relazzjoni
Emmozzjanata u diversi drabi mbikkma l-eks sieħba tal-Eġizzjan li spiċċa maqtul qalet li missier uliedha kien spiċċa jieħu l-kokaina u beda jmur Malta ta’ spiss għax kien sellef il-flus lil persuna minn Ħal-Qormi mingħajr lanqas biss qalilha. Hija qalet li minn mindu waqa’ fil-vizzju l-familja kienet tkissret. Dwar l-akkużat hija qalet li wiċċu mhux ġdid u li tal-anqas darba ratu jaħdem Marsalforn Għawdex f’ristorant Taljan, fejn ġieli ħadem ukoll Walid Salah Abdel Motaleb Mohamed, is-sieħeb tagħha.
Hija qalet li l-aħħar li ratu kien fl-14 ta’ Jannar, 2018, meta ħadilha t-tfal peress li kienu għamlu jumejn miegħu. It-tifla tagħa kienet qaltilha li kien ħadhom Pembroke u pparkja l-karozza hemm f’parkeġġ li hemm u iltaqa’ ma’ persuna Maltija li tgħix ix-Xlendi, imma li hu Malti.
Hi kienet marret mat-tifla tagħha Pembroke wara li miet biex tara fejn kien mar u bintha urietha fejn kien mar missierha li dak inhar kien ipparkja bl-addoċċ. Hija tenniet li bintha wkoll qaltilha li huwa mar biex jiġbor xi flus mingħandu, imma baqa ma tħallasx.
Din il-persuna qaltilha t-tifla kien liebes stramb, kellu kappell u kien werċ, it-tifla qaltilha li kien bniedem li jidher stramb ħafna. Wara li l-Qorti ordnat li terzi persuni ma jistgħux jissemmew fil-media fuq dak li kienet qed tixhed l-eks sieħba tiegħu, ix-xhud qalet li l-eks sieħeb tagħha kien qed imur ta’ spiss Ħal-Qormi u li kien sellef persuna 7,000 ewro, u meta qaltlu għaliex għamilt dan, qalilha, “għax dawk issa jirduppjaw.” L-isem li semmiet ix-xhud huwa persuna magħrufa sew mal-Pulizija u ta’ spiss kien involuti f’diversi reati f’Malta, dan kien fl-2010. Dan mhuwiex l-istess persuna li sellfu 7,000.
Stojanovic ta’ qed iwieġeb mhux ħati tal-omiċidju tal-Eġizzjan ta’ 42 sena tliet snin ilu fejn il-Prosekuzzjoni mmexxija mis-Supretendent Keith Arnaud, diġa’ spjegat fil-Qorti kif il-Pulizija mit-Taqsima tar-Reati Maġġuri wasslet għal persuna u resqitu l-Qorti. Arnaud qal li l-investigazzjoni kienet bdiet tagħti dawl f’Jannar tal-2018 wara li Motaleb Mohamed instab mejjet b’tiri f’għonqu u sidru.
Fl-14 ta’ Jannar, il-Ħadd kompliet tgħid l-eks sieħba tiegħu kienet ratu għall-ħabta tal-5.00pm. Kellu jeħdilha t-tfal l-Għassa fit-3.00pm. u kien ħadhom fil-5.00pm. Wara dak il-jum tal-Ħadd ma kinitx reġgħet ratu. Dak inhar stess li rat il-vittma ma kellmitux għax ħadet it-tfal u marret id-dar.
Qabel, jiġifieri fit-13 u 14 ta’ Jannar ma kinitx iltaqgħet miegħu. Kien qallha li t-tfal kienu Malta. Ma kinitx taf li kien ħa t-tfal Malta. Il-problemi li kellha miegħu kienet minħabba r-reliġjon u li kien iħobb ħafna t-tfal ħafna u ribbattiet aħbjarijiet li ħarġet il-media tal-One, li kien waddbilha, l-aċċtu, bix-xhud tgħid li dan ma kien vera xejn. Kull ma għamlilha darba kien li tajjritlha n-nuċċali, u li kellha tbenġilha. Qalet li dak il-ħin huwa kien xurban.
“Konna nitkellmu kuljum u s-Sibt tkellimna għax it-tfal kienu se jorqdu għandu u kellhom bżonn il-ħwejjeġ, is-Sibt l-aħħar li tkellimna u dan għall-ħabta tad-9.00pm. Kienet diskussjoni normali u ma tkellmu fuq xejn aktar dak inhar ħlief fuq it-tfal.
“Xogħolu kien ta’ kaħħal. Kien beda qed jieħu x-xogħol għal rasu ma ieħor fl-aħħar jiem ma’ persuna oħra, li spiċċa s-sieħeb tiegħu fin-negozju. Qabel ma kien qed jaħdem ma’ dan f’Malta għal diversi kuntratturi Maltin u Għawdxin u wara li qabad sew, beda għal rasu u wara beda bi sħab ma ieħor.
Dwar l-akkużat qalet li darba li tiftakar li ratu, imma mhux qed teskludi li ratu drabi oħra. Meta ratu jaħdem kien. Walid kien jaħdem hemm ukoll. Kien hawn li x-xhud waqqfet u bdidet tolfoq u tibki, waqa’ fil-vizzju tad-droga, kienet problema serja ħafna, kif iltaqgħu kien beda fuq il-ħaxixa u qaleb għal kokaina. Beda jmur ħafna Malta u l-familja bdiet titkisser. Kienet ukoll waħda mir-raġunijiet li ma baqgħux flimkien. Dan kien fl-aħħar erba’ snin qabek ma miet. Qalet li l-inċident tan-nuċċali seħħ sena wara li ma baqgħux flimkien.
Kompliet tgħid li s-sieħed tagħha kien imur Malta għal jumejn qabel ma jiġi lura kienet iċempillu l-ħin kollu, iżda kien jitfi l-mobajl. Taf li kien imur Ħal Qormi imma ma kinitx taf ma min kien qed jiltaqa’. Kien imur Qormi għax kien sellef xi flus lil xi ħadd hemm, madwar 7,000 ewro u ma kienx ħallsu lura u kien imur hemm spiss biex jiġbor flusu, u dan kien bejn l-2009 u l-2010.
Kienet irrefetu għall-avukata għax ma setgħetx titla miegħu minħabba t-tifla, u dan minħabba l-flus biex tara x’jista’ jinġabar u mhux jitla’ hu, kinet tgħidlu li dak li kellu jagħtih forsi kellu xi propjetà f’ismu. Taf li kellu karta magħmula quddiem n-nutar fuq il-flus li kellu jieħu. Ma tafx jekk kinitx awtentitka jew le din il-karta. Qalilha wara li kien sellef u r-raġuni biex dawn il-flus kienu se jirduppjawlu.
Waqt il-kontro-eżami tal-Avukat Franco Debono li qd jidher għall-akkużat fuq diversi problemi li x-xhud kellha mal-vittma li anke spiċċaw il-Qorti u li darba minnhom kien ġie kundannat għal ħames xhur ħabs, hija kompliet tgħid li dan dejjem kien fuq il-kustodja tat-tfal u mhux għax kien isawwatha. Ikkonfermat ukoll li huwa qatt ma refa jdejh fuq it-tfal.
Dwar kemm hija ċerta jekk lill-akkuat ġieliex ratu u kemm hija ċerta li ratu Marsalforn, ix-xhud kompliet tinsisti li wiċċu mhux ġdid u li wara li ratu meta tressaq il-Qorti kompliet tewden u temmen li hemm kienet ratu. Xehed ukoll is-Supretendent Keith Arnaud dwar kif waslu għall-akkużat fejn tenna li l-arma li biha nqatel Walid qatt ma nstabet.
Il-katavru ta’ Mohammed kien instab fil-15 ta’ Jannar għall-ħabta tat-7.40 a.m. fl-inħawi ta’ Triq San Dimitri, fl-Għarb. Huwa kien instab mixħut fl-art wiċċu ‘l fuq b’żewġ tiri ta’ senter, wieħed fuq in-naħa tax-xellug ta’ għonqu u tir ieħor fin-nofs ta’ sidru. Żewġ skrataċċ li allegatament intużaw fil-jum tad-delitt kienu nstabu wkoll qrib Mohammed.
Mill-istħarriġ li għamlu l-Pulizija u wara li analizzaw diversi filmati tas-CCTV u l-aħħar movimenti tal-Eġizzjan, li rriżulta li kien ipparkja l-karozza tiegħu fi Triq ir-Repubblika, fir-Rabat Għawdex, il-Pulizija identifikat il-karozza li kien rikeb fiha l-vittma ftit tal-ħin qabel ma nstab maqtul.
F’Settembru tal-2018, il-pulizija sabet din il-karozza f’Malta, li kienet fil-pussess ta’ terzi persuni, u aktar stħarriġ wassal biex ikun identifikat l-allegat aggressur tal-omiċidju. Waqt is-seduta, l-Qorti laqgħet it-talba tal-Prosekuzzjoni għall-ifriżar tal-assi filwaqt li Stojanovic inżamm arrestat wara li d-difiża ma għamlitx talba għall-ħelsien mill-arrest.
Għaldaqstant mill-provi li rnexxielha tikseb il-Pulizija wara investigazzjonijiet intensi wasslu għall-arrest ta’ Stojanovic, li kien ġie rilaxxat bil-police bail darbtejn sabiex jibqgħu għaddejin l-investigazzjonijiet. Fuq talba tad-difiża mmexxija mill-Avukat Franco Debono Arnaud spjega wkoll waqt il-preżentata li fl-aħħar ġimgħat kien hemm diversi xhieda lli provdew informazzjoni importanti li kkorraborat dik li kellha l-Pulizija stess.
Arnaud qal ukoll li kien fl-ewwel ġimgħa ta’ Mejju li nstabet il-vettura tal-imputat li kienet f’pussess ta’ persuni oħra li wkoll ġew interrogati. Stojanovic diġà għandu kondotta imxellfa wara li sitt snin ilu hu kien spiċċa l-ħabs fuq serq ta’ diversi oġġetti minn karozza f’San Ġiljan.
Il-każ oriġinarjament kien spiċċa f’ħoġor il-Maġistrat Joe Mifsud, li iżda astjena mill-każ ta’ Stojanovic peress li kienu hu li għalaq l-inkjesta u ppreseda l-aħħar żviluppi tagħha nkluż xhieda ġuramentata u deċiżjonijiet oħra marbuta ma’ esperti.
L-avukati Franco Debono, Marion Camilleri u Francesca Zarb qed jidhru għall-Eġizzjan. L-avukat Arthur Azzopardi qed jidher f’isem il-familjari tal-vittma. Il-Prosekuzzjoni mill-avukati Etienne Savona u Maria Francesca Spiteri mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali filwaqt li minn naħa tal-Pulizija qed imexxu s-Supretendent Keith Arnaud u l-Ispettur Bernard Charles Spiteri. Għall-familjari tal-vittma qed jidher l-Avukat Arthur Azzopardi. Il-kumpilazzjoni tkompli l-Ġimgħa, 11 ta’ Ġunju fil-10.00am.
//= $special ?>