Partitarji taż-żewġ finalisti tal-UEFA Champions League kienu nvoluti fi ġlied mal-pulizija Portugiża, f’Porto. L-aħħar rapporti fil-midja Ingliża jindikaw li l-ġlied seħħ wara l-10.30pm,x’ ħin ingħalqu l-bars, biswit ix-xmara Duoro.
Il-midja Portugiża irraportat li l-partitarji ta’ Chelsea u Man City spiċċaw jagħtu bejniethom kif ukoll mal-pulizija, b’konsegwenza li se tiżdied is-sigurta’ fit-toroq ta’ Porto għall-finali ta’ għada.
Dawn l-inċidenti jixbħu l-dawk li seħħew fi Gdansk, il-Polonja, qabel il-finali tal-UEFA Europa League, fejn partitarji ta’ Man Utd kienu aggrediti minn hooligans Pollakki. Fost dawn, kien hemm xi partitarji Maltin li kellhom jittieħdu l-isptar għal aktar kura.
//= $special ?>