Futbol Sport

Venezia fis-Serie A wara 19-il sena

Gowl lejn it-tmiem kien biżejjed biex f’partita li ntemmet fi draw ta’ 1-1, Venezia kisbu post lura fis-Serie A. Riżultat li permezz tiegħu wara kienu rebħu l-ewwel leg 1 – 0 , Venezia immexxija minn Paolo Zanetti, wara dsatax il-sena kisbu l-promozzjoni għas-Serie A.

Partita li f’mumenti kollox deher li Cittadella kienu ser iwettqu l-impossibbli l-aktar wara li fis-26 minuta minn azzjoni ta’ Iori, kien FEDERICO PROIA li għeleb lil Maeenpaeae biex fetaħ l-iskor u 1 – 1 b’aggregate. Fis-36 minuta tkeċċa għal Venezia Pasquale Mazzocchi wara li kien ammonit darbtejn f’temp ta’ minuti mir-referee Daniele Orsato. Minkejja li Venezia għal ħinijiet twal kienu fuq l-offensiva fis-70 minuta fost tant protestiu tkeċċa Mattia Aramu b’Venezia kostrett jkomplu bl-disa’ plejers.

Bil-partita destinatha għal ħin barrani fit-tielet minutra tal-ħin miżjud minn azzjoni ta’ Maleh kien RICCARDO BOCALON li għeleb lil Kastrati għal 1 – 1 u gowl li fisser promozzjoni għas-Serie A għal Venezia.