L-Għaqda Regatta Nazzjonali u Qdif Ieħor fi stqarrija fejn ħabbret li r-Regatta li kellha ssir għada staqsiet x’inbidel minn Settembru sa llum hekk kif meta kien inħareġ il-permess biex issir ir-Regatta tat-8 ta’ Settembru l-inċidenza tal-Covid-19 kienet għola f’pajjiżna mingħajr ma kien hawn il-vaċċin.
L-istess għaqda qalet li minkejja li l-preparamenti u l-permessi kollha li ntalbu saru skond l-aħħar restrizzjonijiet marbuta mal-Covid-19 dawn xorta ma kienux aċċettati. Fl-istess stqarrija ngħatat ukoll sekwenza ta’ dak li ġara, hekk kif ir-Regatta li normalment ssir fil-31 ta’ Marzu ma setgħatx issir, kien deċiż li din tiġi posposta għal meta jkunu jistgħu jsiru l-kompetizzjonijiet bid-data finali tkun dik tas-7 ta’ Ġunju.
Malli sar magħruf li l-isport ta’ mingħajr kuntatt seta’ jitkompla mill-10 ta’ Mejju, l-Għaqda applikat biex ir-Regatta ssir fil-15 ta’ Mejju, bl-applikazzjoni ssir skond il-miżuri maħruġa mill-Awtorità tas-Saħħa iżda din kienet miċħuda. Meta l-Prim Minsitru u d-Deputat Prim Ministru ħabbru aktar rilaxx ta’ miżuri u li sport ta’ kuntatt seta’ jirrritorna mill-24 ta’ Mejju, l-Għaqda applikat biex din issir fid-29 ta’ Mejju bl-applikazzjoni fost l-oħrajn tgħid li jingħaqlu l-partijiet kollha ta’ madwar il-port biex ikun assigurat li ma jattendux partitarji, iżda din ukoll kienet miċħuda mill-Gvern bil-miżuri relatati mal-isport ikunu wkoll pospost bi 72 siegħa.
Minkejja dan, l-Għaqda għamlet l-aħħar tentattiv, dak biex ir-Regatta ssir fis-6 jew fis-7 ta’ Ġunju, iżda din l-applikazzjoni wkoll kienet miċħuda, bl-Għaqda tkun kostretta li tikkanċella r-Regatta għal din is-sena.
//= $special ?>