Lokali

Bi ġrieħi gravi wara li qabad idu ma’ lift

Ritratt: Martin Agius

Raġel ta’ 50 sena residenti San Ġiljan qed isofri minn ġrieħi gravi wara li kien qed jagħmel xi xogħol u weġġa’ wara li qabad idu ma’ lift.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ nofsinhar, meta il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn assistemza tagħha f’każin li jinsab fi Triq Pietru Pawl Saydon fiż-Żurrieq.

Tim mediu ta l-ewwel għajnuna lir-raġel u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura u ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.