Internazzjonali

Biden iħabbar l-ewwel budget tiegħu

Il-President tal-Istati Uniti Joe Biden ħabbar l-ewwel budget annwali tiegħu, budget li jammonta għal 6 triljun dollaru.

Il-pjan jinkludi żieda fit-taxxi għal dawk b’paga għolja, u numru ta’ programmi soċjali, programmi ta’ edukazzjoni u kif ukoll investiment kbir fil-ġlieda kontra l-isfida tat-tibdil tal-klima.

Dan il-Budget issa għandu jikseb l-approvazzjoni tal-Kungress Amerikan. Jekk kollox jibqa’ kif pjanat jidher li dan il-budget jaf ikompli jżid id-dejn tal-Istati Uniti hekk kif l-ispejjeż se jkunu qed jiżdiedu b’5.2%.