Futbol Sport

Brentford promossi għall-Premier League wara 74 sena

Brentford huma t-tielet tim promoss għall-Premier League flimkien ma’ Norwich City u Watford. Quddiem attendenza ta’ 11,689 f’ Wembley Stadium, kienu Brentford li ħarġu rebbieħa fil-finali tal-Play-Offs meta għelbu lil Swansea 2-0.

It-tim imexxi minn Thomas Frank mar fil-vantaġġ wara 10 minuti meta Freddie Woodman waqqa lil Bryan Mbeumo fil-kaxxa, biex minn ħdax il-metru l-attakkant prolifiku IVAN TONEY ma żbaljax fejn skorja t-33 gowl tiegħu dan l-istaġun. Brentford irduppjaw għaxar minuti wara meta minn pass tajjeb ta’ Mads Roerslev, kien EMILIANO MARCONDES li mill-viċin ma żbaljax. Fit-tieni taqsima, l-partita baqgħat waħda bilanċjata, bi Swansea fil-65 minuta jieħdu daqqa ta’ ħarta oħra meta tkeċċa Jay Fulton, biex b’hekk Brentford iddenfendew ir-riżultat sat-tmiem mingħajr diffikultà.