Issokta t-tħassib mill-awtoritjiet fis-Sri Lanka dwar il-possibbiltà ta’ diżastru ekoloġiku wara li vapur tal-kontejners ħa n-nar ftit ‘il barra mill-bajja ta’ Negombo — bir-riżultat li l-bajjiet u s-sikek tal-qroll tal-madwar jimtlew biż-żejt u kwantità ta’ debris. Dan apparti wkoll li mill-aħħar informazzjoni mħabbra, jidher li nħaraq ammont kbir ta’ plastik fl-ilma….
Ix-xeni allarmanti tal-istraġi f’Negombo – resort popolari mat-turisti – qajmu għadab kbir fi Sri Lanka meta l-awtoritajiet tal-pajjiż kienu qegħdin jistinkaw biex jikkontrollaw in-nirien fuq il-vapur bl-isem X-Press Pearl li hu reġistrat f’Singapore.
Il-vapur qed iġorr kunsinna ta’ kimika u kosmetiċi, u ilu jaqbad fiz-zona għal aktar minn ġimgħa, bit-tħassib jibqa’ li jekk is-sitwazzjoni tibqa’ kif inhi, l-ekosistema tal-madwar se tkun qed tinqered totalment.
//= $special ?>