Lokali

GĦADA: ‘soliDARjeta’ b’risq YMCA

soliDARjeta – hija din it-tema tal-ewwel programm ġbir ta’ fondi li se torganizza YMCA għada l-Ħadd 30 ta’ Mejju minn 12:00pm sa nofsilejl – programm li se jixxandar fuq l-istazzjonjiet kollha. Il-YMCA toffri diversi servizzi fosthom residenza għal min jispiċċa mingħajr saqaf fuq rasu kif ukoll servizz ta’ counselling għal nies vulnerabbli inkluż għaż- żgħażagħ.

Issa, għall-ewwel darba permez ta’ programm ta’ ġbir ta’ fondi, il-YMCA qed tagħmel sejħa lill-pubbliku biex jgħina finanzjarjament biex tkun tista’ tgħin lil aktar persuni fi bżonn. Il-pubbliku jista’ jagħmel id-donazzjonijiet tiegħu billi jċempel fuq in-numri provduti; €15 – 51702068, €25 – 51802007 jew €50 – 51902073.