Il-players tat-tim nazzjonali Ġermaniż, Leon Goretzka u Niklas Sule huma dubjużi għall-ewwel partita tal-Euro 2020 hekk kif it-tnejn li huma qed isofru minn injury.
Sule deher jitħarreġ ma xi player oħra fis-sessjoni ta’ taħriġ ta’ aktar kmieni llum, iżda l-kowċ Joachim Low qali li għadu mhux lest biex jitħarreġ mal-bqija tal-iskwadra. Id-difensur ta’ Bayern Munich qed isegwi programm ta’ taħriġ individwali biex jirkupra fil-ħin għall-ewwel partita minn Grupp F kontra Franza.
Minn naħa l-oħra, l-injury ta’ Goretzka hija kemm xejn aktar serja hekk kif il-player ta’ 26 sena għadu jrid jingħaqad mal-iskwadra Ġermaniża. Low qal li bħalissa Goretzka qed jittrenja d-dar iżda se jissieħeb mal-iskwadra tal-Ġermanja fil-jiem li ġejjin.
//= $special ?>