Knisja Lokali

Il-Gvern irid jifhem sew il-konsegwenzi tar-riforma tal-kannabis – l-Arċisqof ta’ Malta

L-Arċisqof Charles Scicluna lbieraħ wettaq appell lill-Gvern sabiex dan jifhem il-konsegwenzi tar-riforma tal-kannabis.

Il-Mons. Scicluna qal dan waqt żjara li għamel fiċ-ċentru Tal-Ibwar fis-Siġġiewi biex jara l-aħħar xogħlijiet li qegħdin isiru f’dan iċ-ċentru li l-għan tiegħu u li jgħin lill-adolexxenti li jkunu qed jgħixu l-problemi tad-droga. Iċ-ċentru se jitmexxa mill-Knisja permezz tal-Caritas.

Fil-messaġġ tiegħu l-Arċisqof Scicluna appella lill-Gvern biex jifhem il-konsegwenzi tad-deċiżjoni bir-riforma tal-liġi proposta dwar l-użu tal-kannabis. Fl-istess appell li għadda huwa ħeġġeġ ukoll lil kull min għandu l-problema tad-droga sabiex ma jiddejjaqx jikkuntattja lill-Caritas għall-għajnuna.