Rugby Sport

Il-Malta Rugby Football Union tirtira mill-kompetizzjoni tar-Rugby Europe 7s

Il-Malta Rugby Football Union ħabbret li se tkun qed tirtira l-parteċipazzjoni tagħha fir-Rugby Europe 7s fis-Serbja minħabba li l-pajjiż għadu fuq il-lista l-ħamra ta’ Malta. Minkejja s-sagrifiċċji li saru fl-aħħar ġimgħat, Il-Malta Rugby Football Union qalet li mhux lesta li tħalli lill-players tagħha jissagrifikaw ġimgħatejn kwarantina.

Il-Malta Rugby Football Union żiedet tgħid li hija kburija bil-players u l-istaff tekniku kollu għall-mod ta’ kif prepara għal din il-kompetizzjoni u huwa ta’ dispjaċir li dan ma jistgħax jiġi trasmess fil-ground.