Futbol Sport

Il-UEFA mistennija li tneħħi ir-regola tal-gowls ‘away’ wara 56 sena

(Ritratt: EPA)

Il-UEFA tinsab f’diskussjonijiet biex tneħħi r-regola tal-gowls ‘away’ wara 56 sena fil-kompetizzjonijiet taċ-Champions League, Europa League u l-Conference League.

Din id-deċiżjoni se tkun tfisser li jekk partita tintemm fi draw wara 180 minuta, il-partita tmur għall-extra time u l-penalties bil-Kumitat Eżekuttiv tal-UEFA mistenni japprova d-deċiżjoni fil-laqgħa li jmiss.

Din ir-regola li ila fis-seħħ sa mill-1965 kienet saret sabiex tinkoraġixxi lit-timijiet away sabiex ikunu aktar offensivi. L-eks coach ta’ Arsenal Arsene Wenger kien wieħed mill-persuni li mexxa sabiex din ir-regola titneħħa.

Minn naħa l-oħra, l-eks player ta’ Liverpool Jamie Carragher qal li dan se jkun żball minn naħa tal-UEFA għax qal li l-away goals inaqqsu l-possibilità li partita tmur għall-ħin barrani