L-Iskozja se jkunu qed jitħarrġu f’Middlesbrough waqt il-Euro 2020 wara li r-Repubblika Ċeka kienu diġa bbukjaw il-bażi fejn normalment jitħarrġu l-Iskozja f’Oriam qabel ma’ kienu kwalifikaw għall-Euro 2020. L-Iskozja kwalifikaw għall-Euro 2020 wara l-play-off u b’hekk se jkollhom jitħarrġu fl-Ingilterra.
Ġara iżda li r-Repubblika Ċeka fl-aħħar jiem bidlu l-pjanijiet u jidher li issa se jkunu qed jitħarrġu fi Praga minħabba miżuri ġodda tal-Covid-19 hekk fl-Iskozja jekk membru wieħed tat-tim jirriżulta pożittiv għall-Covid-19, it-tim kollu jrid imur fi kwarantina.
//= $special ?>