Sport Waterpolo

It-tim Malti ta’ taħt il-15-il sena tal-waterpolo jikkwalifika għall-Kampjonati Ewropej

(Ritratt: Martin Agius)

It-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-15-il sena tal-waterpolo kiseb kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonat Ewropej, hekk kif kien mistenni, Franza għelbu lis-Slovenja 17-5.

Ilbieraħ Malta għelbet lill-istess Slovenja 17-4 u b’hekk se jkunu Malta u Franza li jikkwalifikaw għall-Kampjonati Ewropej li se jsiru fil-Portugall f’Lulju li ġej. Dan huwa riżultat storiku kemm għall-kowċ Anthony Farrugia kif ukoll għall-ASA li għall-ewwel darba se tkun qed tikkompeti f’finali tal-Kampjonati Ewropej.

It-tim Malti jilgħab l-aħħar partita għada kontra Franza fl-10.00am fil-Pixxina Nazzjonal f’tal-Qroqq.