Internazzjonali

Kolp ta’ stat ieħor fil-Mali

Il-Qorti tal-Mali kkonfermat lill-Kurunell Assimi Goïta, bħala l-President transitorju tal-pajjiż. Il-Qorti Kostituzzjonali spjegat li d-deċiżjoni tagħha ttieħdet peress li l-kariga ta’ President baqgħet vakata.

Goïta kien diġà ddikjara lilu nnifsu President interim l-Erbgħa li għadda wara li ħataf il-poter. Din kienet it-tieni ħatfa tiegħu tal-poter f’temp ta’ 9 xhur. Lura f’Awwissu huwa mexxa kolp ta’ stat kontra l-President elett Ibrahim Boubacar Keïta.

Fil-Mali bħalissa hemm nuqqas kbir ta’ xogħol, bil-maġġoranza tal-poplu fil-Mali jinsab fil-faqar.

Fl-2012 kien hemm l-ewwel kolp ta’ stat fl-aħħar 10 snin bil-militanti Iżlamiċi jaħtfu t-Tramuntana tal-pajjiż…. minn dak iż-żmien ‘l hawn, it-tensjoni fil-pajjiż ma naqsitx.