Partita ta’ ħbiberija | Italja 7 San Marino 0
Ġimgħatejn biss ‘il bogħod mid-debutt tagħhom fil-Euro 2020, l-Italja kisbu rebħa kbira ta’ 7-0 kontra San Marino, f’partita ta’ ħbiberija f’Cagliari. Kienet logħba li fiha kowċ Roberto Mancini għamel aktar użu mill-plejers li normalment ma jkunux regolari fl-iskwadra u l-midfielder ta’ Atalanta, Matteo Pessina u l-attakkant ta’ Napoli, Matteo Politano, ħatfu ċ-ċans mogħti lilhom biex kienu fost il-protagonisti tal-partita b’żewġ gowls kull wieħed.
Iż-żewġ gowls l-oħra tal-azzurri kienu skorjati minn Federico Bernardeschi, li kien il-captain fil-formazzjoni li beda’ biha Mancini kontra La Serenissima, u l-gowl tiegħu kien l-ewwel wieħed fil-partita wara 31 minuta logħob, u Gianmarco Ferrari.
Ir-referee ta’ din il-partita kien Malti, Trustin Farrugia Cann, u kien mgħejjun mill-assistant referees Luke Portelli u Edward Spiteri.
Wara San Marino, il-konfront li jmisshom jilgħabu l-Italja, l-aħħar wieħed qabel il-bidu tal-Euro 2020, se jkun bħall-lum ġimgħa kontra r-Republika Ċeka, f’Bologna. Wara, l-Italja jibdew l-impenji tagħhom fil-Kampjonati Ewropej, bl-ewwel konfront ikun kontra t-Turkija.
Italja | Cragno (Meret 63), Toloi, Mancini (Di Lorenzo 64), Ferrari, Biraghi (Bastoni 74),Castrovilli, Cristante, Pessina (Barella 88), Bernardeschi, Kean (Politano 47), Grifo (Belotti 63).
San Marino | Elia Benedettini, Manuel Battistini, Fabbri, Rossi, Grandoni (Vitaioli 52), Enrico Golinucci, Mularoni (Alessandro Golinucci 88), Fabio Tomassini (Brolli 51), Hirsch (Lunadei 51),Palazzi (D’Addario 73), Nanni (David Tomassini 88).
Skorjaw | Bernardeschi 32, Ferrari 35, Politano 49, Belotti 67, Pessina 74, Politano 77, Pessina 87.
Referee | Trustin Farrugia Cann (Malta)
//= $special ?>