EURO 2020 Sport

L-Iżvezja tibda l-preparamenti għall-Euro 2020 b’rebħa fuq il-Fillandja

(Ritratt: EPA)

F’partita ta’ ħbiberija bħala preparazzjoni għall-Euro 2020, l-Iżvezja għelbu lill-Fillandja 2-0. F’din il-partita iż-żewġ kowċis għażlu li jippruvaw għadd ta’ players hekk kif minkejja li għandhom ideat ċari tas-sistemi tattiċi li se jkunu qed jużaw kollox jiddependi minn kemm il-players wara staġun twil se jkunu fiżikament tajbin sabiex ilaħħqu mal-aspetattivi.

L-Iżvezja fetħu l-iskor fit-22 minuta meta minn pass tajjeb ta’ Mattias Svanberg, kien ROBIN QUAISON li kkonkluda għal 1-0.

Il-gowl ta’ Robin Quaison li witta’ t-triq għall-rebħa Żvediża (Ritratt: EPA)

It-tieni gowl tal-Iżvezja wasal fis-57 minuta meta Jesse Joronen waqqa lil Marcus Berg fil-kaxxa bir-referee jordna penalty. Minn ħdax-il metru SEBASTIA LARSSON ma żblajax għal 2-0.

Formazzjonijiet inizjali:

Żvezja: R. Olsen, E. Krafth, M. Danielson, J. Nilsson, P. Bengtsson, V. Claesson, M. Svanberg, S. Larsson, E. Forsberg, M. Berg, R. Quasion

Fillandja: J. Joronen, N. Alho, R. Ivanov, J. Ojala, S. Vaeisaenen, J. Uronen, L. Lappalainen, O. Valakari, T. Sparv, J. Assenhoun, R. Riski