Lokali

Lejn strategija futura aqwa – PN

Il-Partit Nazzjonalista jingħaqad ma’ diversi organizzazzjonijiet li tul din il-ġimgħa fakkru t-twaqqif tal-Unjoni Afrikana f’Jum l-Afrika. Dan wara tmienja u ħamsin sena ta’ ħidma li bdiet f’proċess twil mill-25 ta’ Mejju 1963 u kompla fis-26 ta’ Mejju 2001.

Illum għandna għaqda li għandha fiha ħamsa u ħamsin membru fi hdana.

Waħda mill-iktar attivi li għandha aġenda progressiva li tħares li tibni programm effettiv ghall-isfidi li dan l-kontinent għandu. Fuq quddiem l-protezzjoni tad-drittijiet fundamentali tal-bniedem , d-demokrazzija, l-glieda ghall-klima, l-immigrazjoni, l-kumerc intern.

Il-PN permezz ta’ stqarrija mid-deputat Carmelo Mifsud Bonnici u mis-Segretraju Internazzjonali Roselyn Borg Knight qal li pajjiżna għandu jħares iktar il-quddiem sabiex jassigura iktar kollaborazzjoni u hidma. Hemm esperjenzi varji li ghandna niehdu lezzjonijiet minnhom. Hemm sfidi reċiproċi li għandna nassiguraw li nharsu llum f’daqqa ghal gid komuni tagħna.

Il-Partit Nazzjonalista f’dan jawgura li l-process fi hdan l-iStrategija ghall-Afrika li nbeda s-sena li ghaddiet jitkompla b’ritmu iktar qawwi u kostanti. Jittama li jkun hemm dibattitu u djalogu nazzjonali sabiex l-linji ta hidma jkunu cari. Mhux biss imma li f’dan tigi mharsa sew l-identita, l-kreddibilita , r-reputazzjoni u l-integrita tal-abbilita diplomatika taghna.

Għalhekk f’dan il-Partit Nazzjonalista jibqa impenjat sabiex jsiru avvanzi oħra konkreti li jifthu orizzonti godda fis-snin li gejjin. Fuq kollox li jkun hemm strategija futura aqwa. Proprju ghalhekk ningħaqdu sabiex nfakkru Jum l-Afrika u nawgura l-ħidma t-tajba lill-Unjoni Afrikana.