Il-President ta’ Napoli Aurelio De Laurentiis ħabbar li Luciano Spalletti se jkun il-kowċ ta’ Napoli fejn se jkun qed jieħu post Gennaro Gattuso. Spalletti ffirma kuntratt ta’ €2.7 miljuni.
Il-kowċ ta’ 62 sena ilu sentejn wieqaf wara li bl-aħħar tim li kien miegħu kien Inter. Fis-sentejn li dam imexxi lil Inter, Spalletti dejjem wassalhom sal-UEFA Champions League. Fil-passat, Spalletti kien ukoll kowċ ta’ Roma fejn magħhom rebaħ darbtejn il-Coppa Italia kif ukoll s-Super Cup Taljana.
//= $special ?>