EURO 2020 Futbol Sport

Matthijs de Ligt fost il-plejers Olandiżi li rrifjutaw il-vaċċin

(Ritratt: Matthijs de Ligt)

Id-difensur ta’ 21 sena Matthijs de Ligt hu wieħed mis-sitt iplejers li rrifjutaw li jieħdu l-vaċċin kontra l-coronavirus. de Ligt qal li l-vaċċin m’huwiex obligatorju filwaqt li stqarr li għandu jkun hu li jkollu l-kontroll fuq ġismu. Minkejja dan id-difensur żagħżugħ qal li xorta qed josserva il-miżuri fil-kamp Olandiż fejn qed jiltaqa’ ma ftit nies kemm jista’ jkun.

Il-maġġoranza tal-plejers Olandiżi ħadu l-vaċċin kontra l-coronavirus iżda l-coach Frank de Boer qal li fost il-kamp Olandiż kien hemm plejers li ma riedux jieħdu l-vaċċin. Rapporti mill-Olanda qed jindikaw li Memphis Depay u Wout Weghorst huma fost dawk ili rrifjutaw il-vaċċin.

Ikkummenta