Lokali

Ungeriż weġġa’ gravi f’inċident bil-mutur f’Tal-Pietà

Ritratt: Arkivji

Ilbieraħ, għal ħabta tas-7pm, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ix-Xatt, Tal-Pietà.

Mill-investigazzjonijiet preliminari rriżulta li Ungeriż ta’ 31 sena u residenti San Ġwann, li kien qiegħed isuq mutur tat-tip Benelli, tilef il-kontroll u waqa’. Il-mutur u x-xufier baqgħu jitkaxkru sakemm ħabtu ma’ siġra.

Tim mediku ta l-ewwel għajnuna, filwaqt li ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.