Illum fuq NetTV mill-4.00 pm ‘l quddiem jixxandar it-30 programm SPORT EXTRA . Fl-ewwel parti tal-programm efażi dwar l-atletika wara l-aħħar kompetizzjonijiet internazzjonali fejn atleti Maltin ipparteċipaw b’suċċess. Charles Camenzuli intervista lil IAN GRECH , CLAIRE AZZOPARDI u ANTONELLA CHOUHAL – kowċ nazzjonali tal-ħammer throw u discus.
Fit-tieni parti it-tema prinċipali huwa l-judo b’intervista mal-kowċ nazzjonali DENIS BRAIDOTTI u mal-judokas KATRYNA ESPOSITO u JAMES ZAHRA li flimkien ma’ Jeremy Saywell dan l-aħħar hadu sehem fit-tournament internazzjonali tal-Kroazja.
SPORT EXTRA għandu produzzjoni u preżentazzjoni ta’ Charles Camenzuli b’muntaġġ tas-servizzi minn Samira Cachia Spiteri u filmati ta’ Ramon Farrugia.
//= $special ?>