Fl-aħħar 24 siegħa pajjiżna rreġistra erba’ każi pożittivi ġodda minn 2,279 swab tests li saru filwaqt li fiequ tliet persuni oħra. Dan biex b’hekk il-każi attivi sa llum huma ta’ 68.
Fortunatament, dan qed juri li pajjiżna qed iżomm in-numri ta’ każi pożittivi taħt l-10 għall-aħħar ġimgħat.
Dan ħareġ minn ‘Saħħa’ fejn fl-aħħar sigħat ma kelna l-ebda fatalità.
It-total ta’ każijiet mill-bidu tal-pandemija f’pajjiżna s’issa hu ta’ 30,533 filwaqt li fiequ 30,046 persuna. It-total ta’ mwiet hu ta’ 419.
Sal-bieraħ, iktar minn 205,000 persuna hi mlaqqma b’mod sħiħ kontra l-COVID-19 f’pajjiżna.
//= $special ?>