Internazzjonali

Covid-19: Sinjali li l-vaċċini jagħtu livell għoli ferm ta’ protezzjoni

Il-Kap tal-NHS Providers fl-Ingilterra qal li ‘kienu ftit ferm’ il-pazjenti li spiċċaw l-isptar wara li mardu bil-Covid u li kellhom jingħataw żewġ tilqimiet tal-coronavirus – b’dan l-iżvilupp  juri li l-vaċċini qed jipprovdu livelli għoljin ferm ta’ protezzjoni.

Chris Hopson spjega li l-pazjenti morda bil-Covid, illum, huma ħafna iżgħar fl-età milli kienu ftit xhur ilu u li jfisser li hemm anqas bżonn ta’ kura urġenti għall-persuni f’sitwazzjonijiet kritiċi.

Illum, l-isptarijiet fir-Renju Unit huma aktar impenjati bil-każi ta’ mard u l-operazzjonijiet’ li waqgħu lura minħabba r-reazzjoni nazzjonali fir-rigward tal-coronavirus ġdid.

Fl-istess ħin, il-Ministru Britanniċi responsabbli mill-Vaċċini, Nadhim Zahawi, ikkonferma li l-Gvern tiegħu qed jikkunsidra li jagħmel it-tilqim għal kontra l-coronavirus ‘xi ħaġa ta’ bilfors’ għall-ħaddiema kollha tan-National Health Service (NHS)  fir-Renju Unit.