Sport Sport Ieħor

Egan Bernal jirbaħ il-104 edizzjoni tal-Giro d’Italia

(Ritratt: EPA)

Il-Kolombjan EGAN BERNAL huwa r-rebbieħ tal-104 edizzjoni tal-Giro d’Italia. L-aħħar stadju li kien il-21 wieħed fl-edizzjoni ta’ din is-sena fit-tellieqa kontra l-ħin bejn Senago u Milan fuq medda ra’ 30.3 kilometri intrebaħ minn FILIPPO GANNA. Fil-klassifika ġenerali, Egan Bernal ta’ Ineos Grandiers temm it-3,411 kilometru tal-Ġiro d’Italia f’86 siegħa 17 il-minuta u 28 sekonda. Fit-tieni post b’distakk ta’ minuta y 29 sekonda it-Taljan Damiano Caruso ta’ Bahrain Victorians.

Fit-tielet post il-Britanniku Simon Yates ta; Team Bike Exchange b’distakk ta’ 4 minuti u 15 il-sekonda qabel ir-Russu ta’ Astana Premier Tech – Aleksandr Vlasov li temm sitt minuti u 40 sekonda wara. Fil-ħames post il-Kolombjan Daniel Felipe Martinez Paveda ta’ Ineos Granadiers b’distakk ta’ seba’ minuti u 24 sekonda. Fil-prova kontra l-ħin Filippo Ganna ta’ Ineos Granadiers rebaħ bi 33 minuta 48 sekonda b’vantaġġ ta’ tnax il-sekonda mill-Franċiż Remi Cavagna ta’ Quick Step. Fit-tielet post it-Taljan Edoardo Affini ta’ Jumbo Visma b’distakk ta’ 13 il-sekonda qabel Matteo Sobrero ta’ Astana Premier Tech u l-Portugiż Joao Almeida ta’ Quick Step.