Wara l-inċident ta’ lbieraħ li ħasad il-ħajja ta’ Jason Dupasquier fil-Moto3, Fabio Quartararo trijonfa fil-MotoGP f’ħin ta’ 0:41:16:344 biex żamm l-ewwel post fil-klassifika tas-sewwieqa. Fit-tieni post temm il-Portugiż Miguel Oliveira segwit mill-Ispanjol ta’ Suzuki Joan Mir fit-tielet post.
Johann Zarco spiċċa fir-raba’ post filwaqt li Brad Binder temm fil-ħames post, segwit minn Jack Miller u Aleix Espargaro fis-sitt u s-seba’ post. Maverick Vinales ta’ Yamaha daħal fit-tmien post, bit-Taljan Danilo Petrucci jtemm fid-disa’ post. Isegwih fl-għaxar post daħal Valentino Rossi bl-Ispnajoli Iker Lecuona u Pol Espargaro jtemmu fil-ħdax u t-tnax-il post rispettivament.
Michele Pirro ta’ Ducati temm fit-tlettax-il post segwit minn Alex Marquez fl-erbatax-il post. Fil-ħmistax, is-sittax u s-sbatax-il post daħlu it-trio ta’ Taljani Lorenzo Savadori, Franco Morbidelli kif ukoll Luca Marini.
//= $special ?>