L-aġenti tal-Ivvjaġġar u t-Turiżmu jinsabu lesti sabiex jilqgħu l-ftuħ mill-ġdid b’mod relattivament normali tal-portijiet u l-ajruporti Maltin għat-turisti.
FATTA spjegat li sa mill-bidu insistiet li PCR test negattiv kellu jkun preżentat b’mod mandatorju sabiex passiġġier jagħmel il-wasla tiegħu lejn il-Gżejjer Maltin sabiex b’hekk jitnaqqas b’mod tanġibbli ir-riskju li tiżdied l-importazzjoni tal-virus tal-Covid-19 fil-pajjiż.
Dan ifisser li jitnaqqas ukoll l-impatt tal-varjanti tal-Coronavirus li preżentament hawn madwar id-dinja, u jissalvagwardja l-poplu u l-ekonomija Maltija.
Dan filwaqt li l-assoċjazzjoni appellat lill-awtoritajiet jibqgħu jinnegozjaw ma’ third countries sabiex jirrikonoxxu ċ-ċertifikati ta’ vaċċinazzjoni bil-għan li jiġi faċilitat l-ivvjaġġar sigur bejn Malta u dawn il-pajjiżi – inkluż ir-Renju Unit, l-Istati Uniti u l-Kanada.
FATTA insistiet li minkejja li se Malta se tiftaħ b’mod sħiħ għat-turiżmu matul ix-xahar id-dieħel, xrta waħda għandna nibqgħu nżommu l-attenzjoni sabiex is-sagrifiċċji kollha li għamlu l-ħaddiema u l-bqija tal-poplu ma jissarrafx fix-xejn u nkomplu nsaħħu l-battalja kontra l-firxa tal-pandemija.
//= $special ?>