Lokali

Il-kumpanija GO tagħti 4 ġimgħat leave lill-missirijiet ġodda

Mossa mingħajr ebda preċedent f’pajjiżna sabiex tixpruna l-ugwaljanza wara li l-kumpanija tat-telekomunikazzjoni lokali GO ħabbret li se tkun qed tagħti 4 ġimgħat leave lil missirjiet il-ġodda kif ukoll lil ġenituri kollha li ma welldux it-tarbija huma.

Kelliema għall-kumpanija GO li tkellmu mas-sit LovinMalta spjegaw li dawn il-ġenituri x-xewqa tagħhom tkun li jkunu qrib uliedhom fl-ewwel jiem ta’ twelid madanakollu jkunu mistennija xorta waħda li jmorru x-xogħol. Għaldaqstant mhux biss il-kumpanija trid li l-impjegati tagħha jgawdu lit-trabi tagħhom iżda qed tinkoraġġihom.

Preżentament il-liġi Maltija toffri biss jum wieħed biss leave għal dawn il-ġenituri minkejja li lura fl-2019, grazzi għall-ħidma tal-Membru Parlamentari Ewropew Nazzjonalista David Casa, ħarġet direttiva mill-Unjoni Ewropea li tagħti lil dawn il-ġenituri 10 ġranet leave…direttiva li s’issa għadha ma ġietx implimentata mill-Gvern Laburista..kawża ta’ tkaxkir tas-saqajn bla ebda spjegazzjoni.

Dan il-leave għall-impjegati tal-GO se jkun jista jittieħed f’temp ta’ sena mit-twelid u jista’ jittieħed ukoll f’daqqa jew ftit ftit – skont ix-xewqa tal-impjegati.