Lokali

Imfakkar il-Jum Dinji tal-Multiple Sclerosis

Illum, 30 ta’ Mejju, qed jiġi mfakkar il-Jum Dinji tal-MS, l-Multiple Sclerosis – bil-għan li jinħoloq aktar għarfien għal din il-kundizzjoni.

Matul din il-ġimgħa, is-Soċjetà tal-Multiple Sclerosis ingħatat l-opportunità li tigħel id-Dar Ċentrali tal-Partit Nazzjonalista bl-oranġjo, il-kulur uffiċjali tal-MS.

Preżentament f’pajjiżna hawn aktar minn 400 persuna li jsofru minn din il-kundizzjoni kif ukoll ftit inqas minn 3 miljun persuna madwar id-dinja.

GĦal iktar informazjoni, kellem lil Carmen Muscat fuq 79210906 jew info@msmalta.org.mt


Min jixtieq jagħmel donazjoni lis-Soċjeta’ tal-MS VO/43 jista’ jara d-dettalji fuq http://msmalta.org.mt/