Wara t-talba ta’ ħafna persuni, il-Partit Nazzjonalista nieda sistema online fejn wieħed jista’ jirreġistra l-interess tiegħu fl-inġustizzja tal-mekkaniżmu ħażin, li bih qed jinħadmu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma.
Dan fid-dawl tal-proposta mħabbra fil-jiem li għaddew, li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti lura l-flus li nsterqu u li jammontaw għal €50 miljun s’issa, fuq medda tat-tmien snin kemm ilu Gvern Laburista.
Min jixtieq jirreġistra l-interess tiegħu f’din il-kampanja mis-sistema online, jista’ jżur is-sit pn.org.mt/kontijiet u jimla’ d-dettalji, li l-Partit Nazzjonalista wiegħed li se jkunu qed jiġu trattati b’kunfidenzjalità assoluta.
//= $special ?>