Coronavirus Lokali

Imorru Mater Dei għall-vaċċin u jgħidulhom li spiċċa

Net News qed jirċievi diversi rapporti ta’ nies illi dalgħodu marru għalxejn għall-appuntament tal-vaċċin.

Jidher li l-problema żviluppat wara li kien hemm nuqqas tal-vaċċin Pfitzer għal kontra l-Covid-19.

Il-persuni li tkellmu magħna qalulna li huma jifhmu li jaf ikun hemm dewmien. “Għallinqas misshom infurmaw lin-nies, u mhux ġejna hawn għalxejn”, stqarret magħna mara li kellha l-appuntament għal dalgħodu. Dan filwaqt li oħrajn ilmentaw għaliex spiċċaw ħadu ġurnata leave għalxejn.

Dan is-sit għandu wkoll informazzjoni illi tindika li ċ-ċentru tal-għajnuna 145 ma kienx jaf b’dan l-iżvilupp.