Sport Sport Ieħor

Imut is-sewwieq tal-Moto3 Jason Dupasquier

Is-sewwieq Żvizzeru tal-Moto3 Jason Dupasquier miet fl-isptar ta’ Firenze wara inċident fis-sessjoni ta’ kwalifikazzjoni ta’ lbieraħ fiċ-ċirkwit ta’ Mugello.

Dupasquier, li għandu 19-il sena, intlaqgħat minn mutur ieħor f’ħabta bejn tliet muturi u sfortunatament il-ġrieħi li sofra kienu kefrin wisq. Dupasquier beda il-karriera tiegħu fis-Supermoto u rebaħ kemm-il darba il-kampjonat nazzjonali Żvizzeru. Hu iddebutta fil-Moto3 is-sena l-oħra.

It-tim mediku ħa madwar 30 minuta biex ikkura lil Dupasquier fuq il-post tal-inċident qabel ma ttieħed fl-isptar ta’ Careggi, fejn sfortunatament tilef ħajtu aktar kmieni llum.