Futbol Sport

It-tim nazzjonali Malti f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq

(Ritratt: Dominic Aquilina/MFA)

Bħala parti mill-preparazzjonijiet għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tad-Dinja f’Settembru li ġej, it-tim nazzjonali Malti llum ikun impenjat f’partita ta’ ħbiberija kontra l-Irlanda ta’ Fuq waqt kamp ta’ taħriġ li għaddej bħalissa fl-Awstrija.

F’konferenza tal-aħbarijiet lejlet il-partita, il-coach tat-tim nazzjonali Malti Devis Mangia qal li jinsab kuntent bil-mod ta’ kif tħarrġu l-players Maltin fl-aħħar ġimgħa, anke minkejja li l-Kampjonati lokali għat-tieni sena konsekuttiva kellhom jitwaqqfu qabel iż-żmien previst kawża tal-pandemija tal-Covid-19. Mangia qal li l-partita ta’ għada se sservi biex jagħti opportunità lil xi players ġodda kif ukoll sabiex janalizzaw il-livell fiżiku li fih jinsabu l-players Maltin

Fil-lista ta’ player imsejjħa, jispikka n-nuqqa ta’ bosta players ta’ esperjenza li ma kienux imsejħa minn ħabba injury.

Partita ta’ ħbiberija: Malta v Irlanda ta’ Fuq 6.00pm