Futbol Sport

Iż-żgħażagħ Maltin jsibuha diffiċli kontra t-tim Olimpiku tal-Qatar

(Ritratt: MFA)

Fl-ewwel partita tal-coach Gilbert Agius, it-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena sofra telfa ta’ 5-0, kontra t-tim Olimpiku ta’ taħt it-23 sena tal-Qatar. Minkejja r-riżultat għat-tim Malti iddebuttaw bost plejers, li għalihom kienet l-ewwel esperjenza mat-tim nazzjonali.

Il-Qatar fetħu l-iskor fit-22 minuta permezz ta’  Assem Jabdulsalla, biex minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima irdoppjaw permezz ta’ Rabeh Boussafi, li b’xutt mill-isbaħ għaleb lil gowlkiper Malti Amara Sylla. Fit-tieni taqsima il-Qatar għamluwhom tlieta permezz ta’ Abdulaziz Alhasia, biex Nasser Al-Yazidi u l-istess Abdulaziz Alhasia ikkonvertew iż-żewġ penalties tagħhom għal skor finali ta’ 5-0.

It-tim nazzjonali Malti bħalissa jinsabu f’kamp ta’ taħriġ il-Kroazja bi preparazzjoni għall-partiti ta’ kwalifikazzjoni għall-Kampjonati Ewropej f’Settembru li ġej.