Sport Sport Ieħor

Jispikkaw tliet tiġrijiet tal-klassi Gold

Kenneth Vella

It-tnax-il laqgħa tal-istagun li saret ilbieraħ filgħaxija fil-korsa tal-Marsa kienet tikkonsisti minn ħdax -il tiġrija kollha tat-trott fuq distanza twila ta’ 2640 metru. Fl-assenza ta’ tiġrijiet mill-ogħla klassi spikkaw l-aktar tliet tiġrijiet normali tal-klassi Gold.

Fl-ewwel tiġrija Gold kien dwell eċitanti fl-aħħar metri bejn Apache d’Anama (Charles Degiorgio) li kien ħa l-kmand 500 metru mit-tmiem u Bionda De Tilou (Jesmar Gafa’). Kienet Bionda De Tilou li ħadet l-ewwel rebħa fi xtutna b’Sephiro Flam (Romina Delceppo) u Apollo De Souvigne (Anthony Curmi) itemmu fit-tielet u r-raba’ post rispettivament.

Baltic Sautreuil (Charles Camilleri) kien quddiem tul id-distanza kollha tat-tieni tiġrija mill-istess klassi. Dan ukoll ħa l-ewwel rebħa fi gżiritna minn Prediction (Jonathan Farrugia) u Bright Charm (Cherise Farrugia). Verdi De Tillard (Martin Fenech) daħal warajhom f’dik l-ordni.

Fit-tielet u l-aħħar tiġrija Gold, id-debuttant Bir Hakeim (Anton Cassar) li kien għal ħafna ħin quddiem, ċeda kollox f’nofs id-dritta finali. Dan meta nqabeż minn Colibri Madrik (Mario Fenech) li ha l-ewwel rebħa fi gżirietna bi ftit minn Avenir d’Or (Cherise Farrugia) u Brosnan Jet (Chris Grech). Bir Kakeim kellu jikkuntenta bir-raba’ pożizzjoni.

Ir-riżultati kollha

I Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Gypsa Bella (S. Cassar) Ħin – 3.32.3” (1.20.4”) 2. Floyd Du Guibel (M. Ellul) 3. Giminy Cricket (C. Gauci) 4. Heree (B. Camilleri)

II Tiġrija. Klassi Copper. Dist – 2640m. 1. Febus Du Juille (K. Saliba) Ħin – 3.29.4” (1.19.3”) 2. Gamin De Source (C. Camilleri) 3. Folie Fast (P. Galea) 4. Flexy Vert (C. Calleja)

III Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Glanuese Dika (J. Spiteri) Ħin – 3.31.2” (1.20”) 2. Fast d’Ouville (C. Camilleri) 3. Baron De Neuillac (D. Casha) 4. Vasco Dairpet (Chantel Abela)

IV Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Velvety Ranais (Sh. Portelli) Ħin – 3.27.4” (1.18.5”) 2. Adamantin Louki (Cherise Farrugia) 3. Chamar d’Ici (R. Gatt) 4. Gaz Heuvelland (P. Galea)

V Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Erromanga (Cherise Farrugia) Ħin – 3.29.2” (1.19.2”) 2. Crack De Bas (N. Barbara) 3. Celika (R. Gatt) 4. Falcon Du Hamel (M. Attard)

VI Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Henrik Ibsen A.T. (C. Calleja) Ħin – 3.26.8” (1.18.3”) 2. Capuchine Phil (C. Refalo) 3. Cooper Club (R. Abela) 4. Bellagio Bond (C. Farrugia)

VII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Bionda De Tilou (J. Gafa’) Ħin – 3.22.6” (1.16.8”) 2. Apache d’Anama (Ch. Degiorgio) 3. Sephiro Flam (R. Delceppo) 4. Apollo De Souvigne (A. Curmi)

VIII Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Baltic Sautreuil (C. Camilleri) Ħin – 3.23.8” (1.17.2”) 2. Prediction (J. Farrugia) 3. Bright Charm (Cherise Farrugia) 4. Verdi De Tillard (M. Fenech)

IX Tiġrija. Klassi Gold. Dist – 2640m. 1. Colibri Madrik (M. Fenech) Ħin – 3.24.2” (1.17.4”) 2. Avenir d’Or (Cherise Farrugia) 3. Brosnan Jet (Ch. Grech) 4. Bir Hakeim (A. Cassar)

X Tiġrija. Klassi Silver. Dist – 2640m. 1. Achille Du Fosse (C. Camilleri) Ħin –  3.26.1” (1.18.1”) 2. Beatnik Turgot (M. Fenech) 3. Connecticut (N. Baldacchino) 4. Bonus De Juigne (N. Barbara)

XI -il Tiġrija. Klassi Bronze. Dist – 2640m. 1. Gazoline Smart (R. Gatt) Ħin – 3.33.9” (1.21”) Udjayin (C. Caruana) 3. Cap Des Granges (A. Farrugia) 4. Aigle Du Clos (B. Debono)