Internazzjonali

Jistgħu jirtiraw it-truppi Franċiżi minn Mali

Il-President Franċiż, Emmanuel Macron, wissa li Franza kapaċi tirtira lit-truppi mill-Mali f’sitwazzjoni fejn in-nuqqas ta’ stabbilità politika twassal għall-firxa tar-radikaliżmu Iżlamiku. It-theddida segwiet it-tieni kolp ta’ stat f’disa’ xhur fil-Mali, li jinsab fil-Punent tal-Afrika.

Intant, Macron wissa dwar is-sogru li l-Mali ‘titmexxa lejn livell akbar ta’ influwenza Iżlamika’ meta Franza, bħalissa, qed iżżomm ftit aktar minn 5,000 suldat fir-reġjun ta’ Sahel li jservi bħala front importanti fil-gwerra kontra l-militanti fundamentalisti.

Il-Franċiżi ilhom mill-2013 jappoġġjaw lill-qawwiet fil-Mali, il-Mawritanja, in-Niġer, il-Burkina Faso u Chad biex jikkumbattu lill-militanti fl-imsemmi reġjun.