Internazzjonali

Johnson jiżżewweġ f’ċerimonja sigrieta f’Londra

Waqt ċerimonja li saret fil-Katidrall ta’ Westminster, il-Prim Ministru Boris Johnson iżżewweġ għat-tielet darba.

Jidher li ċ-ċerimonja kienet waħda sigrieta, u għaliha kienu mistiedna biss 30 persuna.

Johnson iżżewweġ lil Carrie Symonds, li għandha 33 sena, u huwa l-ewwel Prim Ministru Ingliż f’200 sena illi iżżewweġ waqt li qiegħed fit-tmexxija tal-pajjiż.

Il-media Ingliża qed tgħid li t-tieġ tant kien wieħed “sigriet” illi lanqas l-aktar uffiċjali prominenti f’Downing Street ma kienu jafu b’dak li pjana Johnson.