EURO 2020 Sport

Jorginho u Emerson jingħaqdu mat-28 player tal-Italja

L-għada li rebħu l-UEFA Champions League, Jorginho u Emerson ingħaqdu mat-28 player msejjħa minn Roberto Mancini għall-Euro 2020.

Wara l-partita ta’ ħbiberija kontra San Marino, Mancini neħħa mill-iskwadra Taljana, lil Mosie Kean, Alessio Cragna, Cristiano Biraghi, Manuel Lazzari, Gaetano Castrovilli, Vincenzo Grifo u Giacomo Raspadori, bil-lista ta’ 26 player mistennija tkun finalizzata fil-jiem li ġejjin.

Moise Kean kien wieħed mill-players li twaqqfu minn Mancini u b’hekk mhux se jkun qed jilgħab fil-Euro 2020

L-iskwadra ta’ 28 player tal-Italja hija:

Goalkeepers: Gianluigi Donnarumma (Milan), Alex Meret (Napoli), Salvatore Sirigu (Torino)

Difensuri: Francesco Acerbi (Lazio), Alessandro Bastoni (Inter), Leonardo Bonucci (Juventus), Giorgio Chiellini (Juventus), Giovanni Di Lorenzo (Napoli), Emerson Palmieri (Chelsea), Alessandro Florenzi (Paris), Gianluca Mancini (Roma), Leonardo Spinazzola (Roma), Rafael Toloi (Atalanta)

Midfielders: Nicolo Barella (Inter), Bryan Cristante (Roma), Jorginho (Chelsea), Manuel Locatelli (Sassuolo), Lorenzo Pellegrini (Roma), Matteo Pessina (Atalanta), Stefano Sensi (Inter), Marco Verratti (Paris)

Attakkanti: Andrea Belotti (Torino), Domenico Berardi (Sassuolo), Federico Bernardeschi (Juventus), Federico Chiesa (Juventus), Ciro Immobile (Lazio), Lorenzo Insigne (Napoli), Matteo Politano (Napoli)