Sport Sport Ieħor

Josef Camilleri jirbaħ is-Sette Giugno Cup 2021

Josef Camilleri rebaħ is-Sette Giugno Cup 2021 li kienet organizzata minn Naxxar Table Football Club u kienet sponsorjata mill-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius.

Fil-fażi tal-gruppi, Josef Camilleri rebaħ ‘Grupp 1’, filwaqt li Joseph M. Debono temm bħala Runner-Up. Fi ‘Grupp 2’ Jean Carl Tabone rebaħ dan il-grupp filwaqt li Jurgen Balzan temm fit-tieni post. Fi ‘Grupp 3’, kien Claude Cuschieri li rebaħ dan il-grupp filwaqt li Christopher Spiteri temm fit-tieni post.

Fil-finali, Josef Camilleri lagħab kontra Jurgen Balzan fejn wara li l-partita ntemmet fi draw ta’ 2-2, il-partita kellha tmur għall-ħin barrani, b’Josef Camilleri joħroġ rebbieħ bl-iskor ta’ 4-3 wara l-extra shots.

Fi tmiem dan it-tournament, il-Viċi-Kap tal-Partit Nazzjonalista David Agius preżenta lir-rebbieħa bit-trofej.

Ikkummenta