EURO 2020 Sport

Kevin de Bruyne dubjuż għall-ewwel partita tal-Belġju wara l-injury fil-finali taċ-Champions League

(Ritratt: EPA)

Il-midfielder Belġjan Kevin de Bruyne sofra injury f’imnieħru kif ukoll f’għajnejh wara li ħabat ras ma ras mad-difensurt Ġermaniż ta’ Chelsea Antonio Rudiger. de Bruyne kellu jħalli l-ground fis-60 minuta biex daħal floku l-attakkant Gabriel Jesus wara l-inċident li kellu ma ‘ Rudiger.

Min-naħa l-oħra Roberto Martinez se jkun qed jistenna bix-xwiek kif se jkun qed jirkupra l-istilla tal-Belġju, hekk kif il-partita inawgurali tal-Belġju tinsab biss 13-il ġurnata ‘l bogħod kontra kontra r-Russja. de Bruyne hu wieħed mill-aqwa plejers tal-Belġju fejn dan l-istaġun ma’ Man City kien strumentali biex rebħu l-Premier League, fejn skorja sitt gowls u provda 12-il assist.

De Buyne iddebutta mal-Belġju fl-2010 fl-eta’ ta’ 19-il sena, fejn għamel lagħab 80 darba u skorja 21 gowl.