L-Iżvizzera bdiet il-preparamenti tagħha għall-Euro 2020 b’partita ta’ ħbiberija kontra l-Istati Uniti, fejn għelbuhom bl-iskor ta’ 2-1. Kienu l-Istati Uniti li marru fil-vantaġġ fil-ħames minuta permezz tal-plejer ta’ LA Galaxy SEBASTIAN LLEGLET iżda l-Iżvizzera irreaġixxew ftit minuti wara permezz tad-difensur xellugi RICARDO RODRIGUEZ. Il-gowl tar-rebħa għall-Iżvizzera wasal fit-63 minuta permezz tal-midfielder ta’ Eintracht Frankfurt STEVEN ZUBER.
L-Iżvizzera issa tilgħab partita oħra ta’ ħbiberija kontra l-Leichtenstein fit-3 ta’ Ġunju qabel l-ewwel partita tal-Euro 2020 kontra Wales.
//= $special ?>