EURO 2020 Futbol Sport

Martinez b’rabja kbira għal Rudiger | “Haqqu karta ħamra diretta”

Kevin De Bruyne joħroġ mill-grawnd imbikkem wara li weġġa' fl-inċident ma' Anthony Rudiger

Il-Belġju għadhom ma jafux bl-eżatt, iżda teżisti possibiltá li jistgħu jitilfu lil Kevin De Bruyne għall-partiti tal-Euro 2020, wara daħla ma’ li ħafna qisuha bħala Anthony Rudiger ta’ Chelsea, li bosta kkumentaw dwarha li xejn ma kienet kumplimentuża fil-konfront tal-Belġjan ta’ Manchester City. Illum tkellem il-kowċ tal-Belġju, Roberto Martinez li kien irrabjat lejn Rudiger, fid-dawl tal-fatt li minħabba din l-azzjoni ma’ De Bruyne, it-tim nazzjonali Belġjan qed jirriskja serjament li jista’ jitlef lill-midfielder, meqjus fost l-aqwa fid-dinja, għall-edizzjoni tal-Kampjonati Ewropej li se jibdew dalwaqt.

Roberto Martinez, il-kowċ tal-Belġju.

“Għalija, Rudiger huwa fortunat ħafna,” qal Martinez. “Meta tħares lejn ir-replay, m’hemm l-ebda konfront ta’ rjus. Kienet daqqa ta’ spalla u bid-daqqa, Kevin intilef f’concussion. Imma dan kollu iħalli togħma qarsa, għax meta Rudiger jidher qed iżomm rasu, huwa kważi li jrid juri li qed jaħbi xi ħaġa. Ħaqqu karta ħamra diretta,” kompla jgħid il-kowċ nazzjonali tal-Belġju.

Ir-reazzjoni ta’ Kevin De Bruyne u Anthony Rudiger wara l-inċident ta’ bejnithom.